Infermiera Maltin bħalissa jinsabu Boston fejn qed jirċievu taħriġ speċjalizzat fi Newton Wellesley Hospital u Spaulding Rehabilitation Centre. Dawn jinkludu iċ-chief nursing managers mill-isptarijiet Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, flimkien ma’ erba’ infermiera oħra.
Matul il-ħin tagħhom f’Bostin, l-infermiera qed isiru aktar familjari ma prattiċi użati f’networks kbar barra minn Malta, b’attenzjoni kbira għall-evalwazzjoni għall-kwalità offruta. Qed jitħarrġu wkoll fuq kif jikkomjnikaw ma’ pazjenti u carers, kif jiżguraw li jkun biżżejjed ħaddiema għal kull pazjent, kif jiżguraw il-kwalità u kif iżommu bil-miktub il-livell ta’ sigurtà li l-pazjent ikun jinsab fih. Qed jitgħallmu wkoll kif jidentifikaw il-bżonn ta’ aktar taħriġ fost il-kollegi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa, Dr Stephen Zammit, spjega li dawn is-sessjonijiet huma indispensabbli, kemm għall-professjonisti iżda ferm iktar għan-nies li se jgawdu mis-servizzi fil-qasam tas-saħħa.
Fix-xhur li ġejjin se jkunu offruti aktar sessjonijiet ta’ taħriġ lill-ħaddiema taż-żewġ sptariijet, biex anke ħaddiema Maltin fil-qasam tas-saħħa jibbenefikaw mill-kollaborazzjoni bejn Vitals Global Healthcare u Partners Healthcare International, li qed tipprovdi t-taħriġ.