B’xorti tajba infermier sofra biss ġrieħi ħfief wara li ġie aggredit minn pazjent.
Għat-tmienja ta’ dalgħodu daħal rapport li raġel kien mal-art qrib il-Knisja ta’ Bormla. Ir-raġel, ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Isla, ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa, fejn issejħet ambulanza biex jittieħed l-Isptar Mater Dei.
Però r-raġel, li allegatament kien ħa sustanzi illegali, telaq jiġri. Hekk kif twaqqaf milli jaħrab, ir-raġel sar aggressiv u ħebb għal infermier tal-ambulanza, li b’xorti tajba soffra biss ġrieħi ħfief kif ukoll x-xufier tal-ambulanza li qalalu spaltu.
Eventwalment ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.