Omar Joseph Trabelsi, ta’ 29 sena minn Ħal Kirkop, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal xufier ta’ karozza tal-linja b’sikkina.
Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda, meta x-xufier qal lill-akkużat li kien qed jipprova juża biljett skadut u allegatament iż-żagħżugħ ħebb għalih.
Trabelsi kien akkużat li pprova jikkawża ġrieħi gravi lix-xufier, li kkawżalu ġrieħi ħfief, li heddu u li kiser l-ordnijiet t’uffiċjal pubbliku. Akkużi li għalihom wieġeb mhux ħati.
Meta ddeċidiet li tibqa’ żżommu arrestat, il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat juża s-servizz tat-trasport pubbliku b’mod frekwenti u allura jista’ faċilment jerġa’ jiltaqa’ max-xufier.
Deċiżjoni li x’ħin ingħatat, iż-żagħżugħ jinfaqa’ jibki fl-awla.