James Xuereb- raġel ta’ dixxendenza Maltija li joqgħod il-Kanada, sar stilla tal-internet ta’ bla ħsieb wara li bintu Jaleen tefgħat filmat tar-reazzjoni tiegħu għal rigal li ingħata f’għeluq sninu.
Il-filmat meħud minn Jaleen wera lil missierha jitħabat biex jaqra kartolina tal-għeluq is-snin, li fiha kien hemm miktub hekk:
“Hi, jien jisimni Lumo, jien Bichon …,”. James laħaq qara dawn il-ftit kliem qabel ma ngħeleb mill-emozzjoni malli ra il-ġeru ċkejken.
Din ir-reazzjoni ġiet minħabba l-fatt li l-familja ta’ James għadha kif titlef tnejn mill-klieb għeżież tagħha, Lucy u Nemo, is-sajf li għaddha.