Raġel kisser sinna tat-tfajla tiegħu qabel ma neżaha għarwiena ħuta u wadbilha s-super glue f’griżmejha, meta attakkaha meta kien fis-sakra.
Mark Lancaster attakka lit-tfajla tiegħu f’Mejju wara li qabżitlu iċ-ċinga meta kien taħt l-effett tad-droga u f’sakra mejjet.
Fl-attakk li dam għal diversi sigħat, Lancaster neżża’ lill-vittma, waddbilha tazza ilma u kaxkarha madwar id-dar.
Wara sfurza idu f’ħalqha u kissrilha sinna falza apposta, fejn wara pprova jweħħilielha bis-super glue.
F’ħin minnhom il-mara ħarbet u bdiet tistaħba fil-kamra tal-banju iżda Lancaster faqa’ l-bieb u kompla bl-attakk.
Lancaster ingħata s-sentenza ta’ sittax-il xahar ħabs wara li ammetta li mhux l-ewwel darba li attakka lill-mara.