Hekk kif it-Tnejn filgħaxija bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, bil-ħruġ tal-istatwa titulari min niċċa, kien hemm bidla żgħira iżda li tagħmel ġid għall-ambjent ta’ madwarna.
Dan hekk kif min din is-sena fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa bdew jintużaw bnadar żgħar, minflok il-bżieżaq li jintużaw issoltu.
Dawn il-bnadar ingħataw b’xejn u biex jgħinu aktar l-ambjent, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi qed jappell aw sabiex dawn il-bnadar jibqgħu jintużaw matul dawn il-jiem tal-festa u anke fis-snin li ġejjien.
Ritratt: Christian Camilleri