Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel ħin twil jitkellem kontra l-proġett tal-power station il-ġdida. Power station li taħdem b’LNG u għalhekk tnaqqas l-emissjonijiet. Power station li f’ħafna ħinijiet qal li m’hemmx bżonnha u prova jagħti l-impressjoni li l-pajjiż jista’ jgħaddi biss bl-interconnecter.
Iżda, l-iktar spikka kien it-tmiem tal-messaġġ tiegħu. Dan meta lill-partitarji qalilhom li se jkun qed jgħidilhom x’jagħmel. Beda billi qal li jitfa’ t-tanker ‘il barra. Pass li jkun ifisser li jibqa’ jintuża l-heavy fuel oil sakemm isir il-pipeline tal-gass.
Imbagħad Busuttil qal li se jkun qed qiegħed ikompli bl-istudji tal-pipeline tal-gass. Pipeline tal-gass li m’għamilx meta kien fil-gvern u li fondi għalih inkisbu mill-gvern preżenti tant li saru l-istudji u bdew it-testijiet fuq l-art.
F’dik li kellha tkun protesta, iżda li fl-aħħar ħinijiet inbidlet f’laqgħa politika, Busuttil ssokta bil-kampanja ta’ biża’ dwar l-LNG. Dak li fi kliem l-esperti mhux biss huwa sors ta’ arja nadifa iżda wkoll l-iktar sigur.