Fit 28 u 29 ta’ Jannar l-Assoċjazzjoni tal-isparar bil-Qaws organiżżat il-kompetizzjoni Nazzjonali fir-range Indoor f’Pembroke. Kien hemm erbatax-il kompetizzjoni fl-istaġun fejn tiraturi lokali kkompetew biex jikkwalifikaw għat-tim Nazzjonali.
Fil – Kategorija Recurve Irġiel, Kevin Bonnici akkwista l-ewwel post b’ 1083 punt minn massimu ta’ 1200, li hu total akkumulat fuq jumejn. George Abela ġie fit-tieni post wara Bonnici b’ 1056 punti wara kompetizzjoni qriba. Luke Aquilina ġie fit-tielet post b’ 918-il punt.
Derek McHenry ġie l-ewwel fil-kategorija Recurve 50+ b’ 923 punt.
Michelle Abela ġiet l-ewwel fil-kategorija Recurve tan-nisa b’ 1085 punt.
Jacob Buttigieg ġie l-ewwel fil-kategorija Recurve taħt it-18-il sena b’ 923 punt.
Fil- kategorija Compound tal-Irġiel, Jeremy Bartolo rebaħ il-kompetizzjoni b’1121 punt ; Daniel Schembri ġie fit-tieni post b’ 1116. Karl Cutajar ġie fit-tielet post b’ 1103 punti akkumulati.
Brian Micallef ġie fl-ewwel post fil- kategorija Compound 50+ wara li għamel punteġġ ta 1094.
Maria Formosa ġiet fl-ewwel post fil- kategorija Compound tan-nisa b’ 1057 punt.
John Aquilina ġie fl-ewwel post fil- kategorija Barebow tal-irgiel wara li għamel punteġġ ta 620.
Il-Kowċ Nazzjonali u President John Schembri dderieġa l-kompetizzjoni.
L- Assoċjazzjoni tal-isparar bil-qaws ser tkompli l-iskeda ta’ kompetizzjonijiet fi Frar bl-istaġun tal-isparar barra.