Mara Indonezjana qed tinzamm arrestata b’rabta mal-qtil ta’ hu l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un, bl-akkużata tgħid li ngħatat disghin dollaru biex taghmel ċajta bħala parti minn programm.
Il-mara, Siti Aisyah ta’ ħamsa u ghoxrin sena f’investigazzjoni qalet li ngħatat struzzjonijiet biex titfa żejt tat-trabi fuq wiċċ Kim Jong-nam.
Testijiet li saru izda jikkonfermaw li miet minħabba kuntatt ma’ kimika tossika klassifikata mill-Gnus Maqgħuda bħala arma li teqred il-massa.
Din il-kimika għandha kulur ċar, żejtnija, bla togħma u m’għandiex riħa partikolari, u taħdem billi tippenetra fil-ġilda fi ftit sekondi u taffetwa t-trasmissjoni tan-nervituri, b’qatra wahda fuq il-ġilda toqtol persuna fi ftit minuti, kif propju gara fil-każ ta’ ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq.
Kim Jong Nam miet il-ġimgħa l-oħra wara li żewg nisa avviċinaw lir-raġel u tefgħulu likwidu, f’waħda mis-swali li hemm fl-ajruport internazzjonali ta’ Kuala Lumpur.