Indjan ta’ 49 sena residenti s-Siġġiewi, inżamm arrestat wara li wettaq atti sesswali fuq it-trasport pubbliku ta’ tal-linja.
Fil-Qorti, il-Pulizija spjegat li, waqt vjaġġ mill-Belt Valletta għal Tas-Sliema, ir-raġel allegatament infexx f’atti sesswali fuq mara. Skont il-vittma, waqt li l-Indjan kien bil-qiegħda ħdejha, hu beda jimbotta l-parti ġenetali tiegħu ma’ kuxxtejha waqt li eġakula fil-qalziet.
Il-Maġistrat Elaine Rizzo sostniet mar-raġel li, għall-akkużi miġjuba kontrih, hu jista’ jeħel sa massimu ta’ seba’ snin ħabs.
Filwaqt li hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u b’hekk l-akkużat inżamm arrestat.