Indjan ta’ 31 sena ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħa ritratti u filmati ta’ tfajla Maltija waqt li kienet qed tbiddel f’changing room.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, l-Indjan, li viżbilment deher emozzjonat, wieġeb ħati u talab sabiex jingħata ċans ieħor.
Fil-Qorti ġie spjegat kif il-mobile tal-akkużat se jkun qed jinqered.
Il-Maġistrat innutat il-fedina penali Maltija nadifa tal-Indjan, filwaqt li rat kif dan ammetta fi stadju bikri.
Huwa se jkun qed jiġi ddeportat minn pajjiżna.