Għada se tidħol fis-seħħ liġi fl-Istat ta’ Gujarat, l-Indja, li tista’ twassal biex persuna li toqtol il-baqar teħel għomorha l-ħabs. F’emenda li saret fl-Att tal-preservazzjoni tal-annimal, dawk li jġorru ċ-ċanga ukoll jistgħu jeħlu sa għaxar snin ħabs.
Il-maġġoranza ta’ dawk li jsegwu l-Hindu, jikkunsidraw il-baqra bħala annimal sagru u għalhekk il-qtil tal-baqar huwa llegali f’numru ta’ stati. Iżda din l-emenda tfisser li dan l-istat se jkollu waħda mill-aktar liġijiet ħorox fil-pajjiż. Dawk li jmorru kontra din il-liġi se jiġu mmultati filwaqt li jintbagħtu l-ħabs.
Il-Ministru tal-Istati, Pradipsinh Jadeja qal lill-ġurnalisti ta’ BBC, li l-baqra hija simbolu tal-kultura indjana u li l-emendi saru wara konsultazzjoni maċ-ċittadini.