L-awtoritajiet għas-saħħa indirizzaw problemi tekniċi b’rabta maċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-COVID-19 ta’ persuni li ħadu t-tilqima tal-Johnson & Johnson.
Dan wara li kienu rrappurtati problemi ta’ verifika f’diversi pajjiżi Ewropej.
Fi stqarrija ntqal kif din is-soluzzjoni se tiġi riflessa f’update tal-barcode li jinsab fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin, meta wieħed jagħmel re-print taċ-ċertifikat tal-vaċċin minn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt. L-awtoritajiet għas-saħħa appellaw sabiex dan iċ-ċertifikat jerġa’ jitniżżel speċjalment jekk iċ-ċertifikat se jintuża barra minn Malta.
Għal iżjed assistenza wieħed jista’ jċempel lill-helpline 145.