Bid-domanda għas-sodod fid-djar tal-anzjani dejjem qed tiżdied l-Awtorita tal-Ippjanar ħabbret li se tkun qed tippermettti li jinbnew żewġ sulari oħra fuq il-livell eżistenti.
Madankollu dawk ir-residenzi li huma skedati bħala grad numru wieħed ma jista’ jsirilhom l-ebda alterazzjonijet fihom. L-Awtorità tal-Ippjanar saħqet ukoll li jekk għal xi raġuni ir-residenza tieqaf tilqa’ l-anzjani fiha l-estensjoni jkollha tiżżarma bi spejjeż għas-sidien.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja l-Awtorita’ tal-Ippjanar fuq 22902015.