Il-First Minister tal-Iskozja Nicola Sturgeon qalet li hemm probabbiltà kbira li jsir referendum dwar l-indipendenza tal-Iskozja. Qalet li huwa demkoratikament impossibbli li l-Iskozja toħroġ mill-Unjoni Ewropea kontra r-rieda tagħha. Kienu 62% l-Iskoċċiżi li vvotaw biex ir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, u 38% ivvotaw kontra.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Sturgeon qalet li l-kabinett se jiltaqa’ nhar is-Sibt biex jiddiskuti l-passi li jmiss.