Il-Greċja għandha indikazzjonijiet serji li n-nirien f’Ateni aktar kmieni din il-ġimgħa li ħallew tlieta u tmenin persuna mejta, tqabbdu apposta.In-nirien ħakmu villaġġi mal-kosta popolari mat-turisti, u kawża tagħhom, madwar sittin persuna għadhom qed jingħataw il-kura fl-isptar – b’aktar minn għaxra minnhom jinsabu f’qagħda kritika. Għexieren oħra għadhom irrappurtati nieqsa.