Żagħżugħ ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident ikrah f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tas-2:15 fi Triq Oliver Agius.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li l-karozza taż-żagħżugħ biss kienet involuta f’dan l-inċident.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn wara ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.