Tliet persuni ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f’ħabta forntali. Il-każ seħħ fi Triq Sant Antnin f’Wied il-Għajn.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma ma’ ONE News li l-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Audi A1 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Wied il-Għajn fejn passiġġiera miegħu kellu mara ta’ 21.
Il-karozza l-oħra kienet midjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn Ħal-Balzan.
Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa.