Ħadd ma ndarab f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu u li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza u vann b’dan tal-aħħar jibqa’ dieħel f’pompa tal-fjuwil. Mad-daqqa, il-pompa tqaċċtet minn postha.
Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.