Għall-ħabta tal-16:20 seħħ inċident tat-traffiku bejn vann u mutur fil-mini ta’ San Ġiljan direzzjoni lejn Pembroke.
Kelliem tal-pulizija qal ma’ ONE News li nqabdet persuna u għalhekk fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

ritratt: MDT
