Tard is-Sibt filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. Mill-ewwel informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-każ seħħ fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma sabiex joħorġu l-vittmi mit-tifrik tal-karozza. Fuq il-post tal-inċident waslu wkoll żewġ ambulanzi u tabib tal-emerġenza li ta l-ewwel kura lill-vittmi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-triq ingħalqet għat-traffiku b’uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku.