Inċident tat-traffiku fi Triq l-Istabal fil-Marsa ħalla persuna feruta.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-19.30 u l-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Qormi.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, iżda n-natura tal-ġrieħi tiegħu mhijiex magħrufa.
L-investigazzonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.