Mara ta’ tnejn u sebgħin sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali li seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Vittorja, il-Ħamrun.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun irrikorriet minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ disgħa u sittin sena allegatament kien qiegħed jirriversja vettura tat-tip Toyota Belta għal ġo garage meta l-mara sfat milquta u sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura medika fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Kemm is-sewwieq kif ukoll il-vittma huma residenti il-Ħamrun. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.