Ġuvni ta’ 22 sena min-Naxxar iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku fi triq Reġjonali Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ dalgħodu.
Il-pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li x-xufier għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Mazda Demio li kien qed isuq u ħabat ma’ xi strutturi fi triq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Kawża tal-inċident inxtered ukoll ammont ta’ żejt għalhekk ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili intalbu biex ineħħu kull periklu.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Minħabba li t-triq kella tingħalaq, dalgħodu żvilluppat konġestjoni tat-traffiku.