Il-Pulizija għadha kif ħarġet stqarrija fejn qalet li dalgħodu għall-ħabta tas-sitta (0600hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio misjuq minn ġuvni Taljan ta’ 24 sena residenti Birkirkara u Jeep misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.