Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, Ħad-Dingli.
Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn
mara ta’ 28 sena residenti Marsaskala u Alfa Romeo Giulietta misjuqa minn ġuvni ta’ 18-ilsena
residenti Ħad-Dingli.
Minnufih fuq il-post ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ż-żewġ xufiera ttieħdu l-Isptar
Mater Dei. Aktar tard il-ġuvni kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief u l-mara bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.