Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur, żagħżugħ ta’ 28 sena, kellu impatt ma’ karozza misjuqa minn Taljan ta’ 48 sena. Kelliema għall-Pulizija qalet li t-Taljan ma’ ġralu xejn, bil-Malti jsofri ġrieħi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.