Raġel ta’ 43 sena minn San Ġiljan sofra ġrieħi serji f’inċident f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 fi Triq l-Imdina fejn it-triq ukoll kellha tingħalaq it-traffiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filmati li kiseb dan is-sit juru karozza tat-tip Mitsubishi li spiċċat ħabtet ma’ siġra.
Fi stqarrija l-pulizija spjegaw li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza u bil-konsegwenza li spiċċa ħabat ma’ siġra.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

