Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi iktar serji.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Santa Venera f’San Ġwann meta krejn li kien qed jintuża f’sit ta’ kostruzzjoni, ġibed diversi wires tal-elettriku u b’konsegwenza ta’ hekk parti minn faċċata ta’ residenza privata ġġarrfet fit-triq.
Fil-waqt li x-xena ma kinitx waħda sabiħa fortunatament ħadd ma’ weġġa’.
Ritratt: Gabriel Cassar
.