Il-Prim Ministru tkellem dwar il-każ xokkanti li seħħ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa u sostna li dak li ġara mhux aċċettabli. Mhux aċċettabli li jkollok persuna li tkun qegħda fil-kwiet ta’ darha u tispiċċa mgħaffġa taħt is-saqaf ta’ darha stess.
“Inċident li mhux se jerġa’ jiġri f’pajjiżna. Bħala gvern kommessi li dak li ġara, ma jerġax jiġri u li għada se nkunu għamilna l-miżuri kollha biex ma terġax tiġri l-istess ħaġa. Immedjatament wara li ġara l-każ, jien ħtart kumitat biex jirrevedi dak li ġara u jirrevedi s-settur b’mod ħolistiku. Nifhmu li dan hu settur li hu mutur ewlieni fl-ekonomija tagħna imma dan ma jagħti liċenzja lil ħadd li jaħdem bl-addoċċ.”
Il-Prim Ministru sellem ukoll il-ħidma tal-pulizija u l-protezzjoni ċivili tal-mod serju li jaħdmu fih. “Dan hu l-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Flimkien mal-bqija tal-gvern, tajna l-kuraġġ lill-istituzzjonijiet biex jaħdmu… Rajna kemm għandna pajjiż li għandu l-forzi tiegħu preparati għal dawn ir-responsabbiltajiet.”
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Prim Ministru tkellem dwar l-irwol importanti li għandha l-mara fil-ħajja ta’ kuljum u fil-ħajja politika. Spjega li l-mekkaniżmiu propost, se jidħol fis-seħħ mill-elezzjoni li jmiss u se jagħti opportunita’ lis-sess sotto-rappreżentat jimraħ fix-xena politika filwaqt li ttejjeb il-kwalitá.”
Robert Abela fakkar is-7 anniversarju mindu l-poplu Malti u Għawdxi b’maġġoranza qawwija ta l-fiduċja tiegħu biex imexxi l-gżejjer Maltin.
Saħaq l-importanza li ma ninsewx liż-żgħir. “Jekk nagħmlu dan, inkunu tbegħedna mill-aktar prinċipju importanti tal-partit. Naħsbu fiż-żgħir u fil-batut… 7 snin fejn għamilna tant ġid għal dan il-pajjiż, għall-ekonomija tagħna u għall-poplu tagħna.”
“Dak huwa d dover tagħna bħala politiċi. Li nkunu hemmek għan-nies. Li nkunu hemmek għan-nies fil-ferħ, f’mumenti ta’ niket. Li nkunu hemmek dejjem. F’mumenti bħal dan fejn il-poplu għandu bżonn l-assigurazzjonijiet, is-serħan il-moħħ. Qegħdin hemmek għan-nies, se nkunu hemmek għan-nies. Se nkunu hemmek ippreparati peró rridu lilkhom warajna. Inthom li tibqgħu warajna b’saħħitna.
Dik hija s-saħħa tagħna tal-Gvern għax għandna poplu li hu warajna. Poplu viċin tagħna, poplu li jemmen li dan huwa Gvern li verament għandu lill-poplu għal qalbu. Dan huwa l-Gvern li għandu viżjoni ċara għal dan il-pajjiż. Viżjoni ċara f’kull ċirkostanza li tiġi quddiemna. Dan huwa Gvern li għandu għal qalbu l-interess tal-Maltin u l-Għawdxin.
U għalhekk ħbieb tiegħi kuraġġ. Tant nemmen fih il-kuraġġ. Il-kuraġġ li jmexxik il-quddiem, il-kuraġġ li bis-saħħa tiegħu tegħleb kull diffikultá fil-ħajja.
Ħadd ma’ hu qiegħed waħdu. Aħna tim flimkien, tim ta’ poplu Malti u Għawdxi wieħed li nħobbu lil pajjiżna, li nħobbu lil Malta, li nħobbu lil Ghawdex, li nħobbu lill-anzjani, li nħobbu liż-żagħżagħ, li nħobbu l-istudenti, li nħobbu lill-ħaddiema tagħna, li fuq kollox għandna l-interess ta’ Malta u Għawdex l-ewwel u qabel kollox.”