Tliet persuni, mara ta’ disgħa u erbgħin sena u żewġt irġiel li huma ħaddiema mediċi weġgħu gravi wara li ambulanza ħabtet ma’ trakk li kien ipparkjat, f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kanun.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li bil-konsegwenza ta’ din il-ħabta, it-trakk laqat żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati.
Kawża tal-impatt, iż-żewġt irġiel inqabdu minn saqajhom u nħarġu bl-assistenza tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Fl-ambulanza kien hemm ukoll infermier ta’ ħamsa u tletin sena li jgħix il-Mosta, kif ukoll żewġ nisa ta’ disgħa u erbgħin u tlieta u għoxrin sena, rispettivament, li t-tnejn huma minn Ħad-Dingli.
Dawn iż-żewġ persuni weġġħu ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.