Iinċident bejn vettura u karozza tal-linja seħħ illum wara nofsinhar fiż-żona magħrufa ta’ Xħajma, in-Nadur Għawdex.
ONE News jinsab infurmat li f’dan l-inċident indarbu 14-il persuna. 12 minnhom kienu passiġġiera fuq tal-linja, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma xufiera. Il-karozza tal-linja kienet misjuqa minn raġel, filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn mara. L-ewwel indikazzjonijiet huma li m’hemmx ġrieħi ta’ natura gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru numru ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u anke pulizija.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.