Ftit tal-mumenti ilu seħħet ħabta bejn mutur u karozza fix-Xemxija direzzjoni lejn il-Mellieħa.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.