Tmien persuni tilfu ħajjithom wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku. Dan hekk kif minibus u żewġ trakkijiet kbar kellhom impatt f’M1 qrib Milton Keynes fl-Ingilterra.
Hu mifhum li dawk kollha li tilfu ħajjithom x’aktarx kollha kienu abbord il-minibus, li kienet ġejja minn Nottingham.
Iż-żewġ sewwieqa tat-trakkijiet ġew arrestati, wieħed minnhom fuq suspett li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.
Erba’ persuni ttieħdu l-isptar, fosthom tarbija.