Inċident ieħor b’mutur f’ġimgħa fejn l-inċidenti li nvolvew muturi ta’ ċertu kobor kienu diversi. Dalgħodu ambulanza ssejħet viċin iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija fejn għal darb’ oħra sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi, għalkemm l-ewwel indikazzjonijiet ma jidhirx li huma serji.