Janie Turner omm ta’ tlett itfal, wieħed minnhom ta’ erba’ snin, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit l-Imġarr Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.25pm. Il-mara li kellha 45 sena mill-Mosta kienet passiġġiera f’karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar . Ir-raġel li kien qed isuq karozza tat-tip Perodua Kancil ittieħed l-isptar Mater Dei u qed isofri minn ġrieħi serji. Minn naħa l-oħra, il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu l-katavru tal-mara mill-karozza. Dan hekk kif kawza tal-impatt il-katavru tal-mara kellu jinħareġ b’operazzjoni mill-membri tal-protezzjoni ċivili u l-pulizija.
Fil-bidu tal-operazzjoni, l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bdew jagħmlu tfittxija għal tarbija, dan hekk kif kawza tal-impatt, mill-karozza ħarġet pushchair u għalhekk il-Pulizija kkunsidrat li setgħa kien hemm tarbija abbord il-karozza. Izda rrizulta li t-tifel ta’ erba’ snin b’xorti tajba ma’ kienx mal-koppja izda kien mal-familjari.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Anthony Vella.
