Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom meta dgħajsa tas-sajd baqgħet dieħla f’tanker ta’ 336 tunnellata ftit ’il barra mill-kosta tal-Korea t’Isfel.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ bis-sehem ta’ ħelikopters tal-flotta Navali u għexieren ta’ vapuri hekk kif hemm xi persuni rrapurtati nieqsa.
Fil-ħin tal-inċident, id-dgħajsa tas-sajd kienet qed iġġorr 20 passiġġier u żewġ membri tal-ekwipaġġ.
Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa.