Raġel ta’ 32 sena mill-Bangladesh u li joqgħod il-Gżira jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ fi Triq Depiro f’Tas-Sliema għall-ħabta tat-8.15am
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-persuna l-Isptar Mater Dei, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.