Ġuvni ta’ 28 sena u mara ta’ 44 residenti residenti Ħaż Żabbar kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-7.15a.m fi Triq Ħal Luqa Santa Luċija.
Minn l-ewwel stħarriġ jirriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 28 sena tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Nissan u baqa dieħel ġo siġra. Il-mara ta’ 44 sena kienet passiġiera fl-istess karozza.
Iż-żewġ persuni ttieħdu għall-kura fl-Isptar Mater Dei, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji jsegwu.