Raġel ta’ wieħed u ħamsin sena minn San Pawl il-Baħar ittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad San Pawl il-Baħar.
L-Inċident seħħ għal ħabta tas-seba u kwart tat-Tlieta filgħaxija meta kien hemm impatt bejn karozza tat-tip Ford Focus misjuqa minn mara ta’ ħamsin sena minn Ħ’ Attard u l-mutur misjuq mir-raġel.
Il-mara ma’ sofriet l-ebda ġrieħi, iżda r-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
Il-Kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa