Il-Pulizija Ingliża qed tinvestiga rapporti ta’ xi tiri sparati f’Oxford Street f’Londra. Il-Pulizija Ingliża qalet li s’issa ma jidhirx li hemm nies feruti għajr għal waħda mara li sofriet ġrieħi ħfief kawża tal-kommossjoni. Listazzjonijiet tal-Ferrovija infetħu ftit qabel is-sitta (ħin lokali) hekk kif l-Metropolitan Police qalet li ma sabet l-ebda traċċi ta’ tiri sparati, suspettati jew nies feruti. Fuq il-post saret tfittxija intensiva li ma tat l-ebda riżultat.Numru kbir ta’ Pulizija armati niżlu fl-istazzjon u fl-istabbilimenti filwaqt li eluf kbar ta’ xerrejja ġew ordnati jibqgħu msakkra ġol-ħwienet.
Fuq il-post waslu wkoll xi ambulanzi kif ukoll tliet vetturi tat-tifi tan-nar. Kawża tal-inċident numru kbir ta’ persuni ħarġu jiġru mill-istabbilimenti kif ukoll mill-istazzjon tat-tube.
Dan iż-żmien huwa sinonimu max-xiri u numru kbir ta’ Maltin jitilgħu Londra sabiex jagħmlu x-xiri tal-Milied. S’issa għad m’għandniex dettalji ta’ Maltin involuti fl-inċident.
Aktar dettalji jsegwu.
Oxford Circus seen from the Tottenham Court Road end. Lock down and lots of police cars #oxfordstreet pic.twitter.com/SbfE72AvLN
— Matteo Berlucchi (@matteoberlucchi) November 24, 2017
#OxfordStreet: traffic jam blocked in the line towards #OxfordCircusStation, deserted in the line towards #TottenhamCourtStation. Police on site. Avoid the area. #London pic.twitter.com/XgWg1VtwZG
— Francesca Marchese #FBPE 🇪🇺 (@fmarchese_uk) November 24, 2017
https://twitter.com/twitter/statuses/934106163112759296
Chaos on #OxfordStreet, what’s happening pic.twitter.com/SJBLjQHCoJ
— Emily (@EmilyBarnfather) November 24, 2017