Għall-ħabta tas-7.00a.m, seħħ inċident stradali fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Xufier ta’ mutur tat-tip Ural laqat bankina u tilef il-kontroll waqt li kien qiegħed isuq fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma, raġel ta’ 48 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Anthony Vella LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun għadhom għaddejjin.