Inċident seħħ wara nofsinhar fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Gudja kien qed isuq karozza tat-tip Toyota f’direzzjoni lejn il-Belt Valletta.
Kollox jindika li ħabat ma central strip u ġie f’direzzjoni opposta, lejn il-Marsa. Huwa ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura.
B’xorti tajba ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.