Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li splodiet il-Kamra tan-Nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq.
Jirriżulta li l-kamra fejn hemm il-magna tal-porvli intlaqtet minn sajjetta għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ta’ membri mid-dipartiment tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta.
L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-distrett.
Ritratt: Geoffrey Schembri