22 persuna tilfu ħajjithom u 30 oħra ndarbu f’inċident li seħħ f’Mumbai fl-Indja kkawżat minn iffullar fi stazzjon tal-ferrovija.
L-inċident seħħ f’ħin meta l-aktar ikun hemm nies fl-istazzjon Elphinstone – li jgħaqqad tnejn mill-iżjed rotot prinċipali fil-belt.
Lil’hinn mill-iffullar, ix-xita u l-għargħar kbir li bħalissa hemm f’Mumbai m’għenx is-sitwazzjoni.
Dawk midruba ttieħdu fi Sptar fil-viċin għall-kura meħtieġa.
Kelliem għall-istazzjon qal lill-ġurnalisti li fil-ħin tal-inċident kien hemm numru kbir ta’ nies li daħlu jistkennu mix-xita, fl-istess ħin li oħrajn kienu deħlin u ħerġin mill-istazzjon biex jivjaġġaw.