Raġel ta’ 47 sena mill-Birgu tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Gavino Gulia f’Bormla. Mara oħra ttieħdet l-isptar.
Żewġ vetturi tat-tifi tan-nar, membri tal-protezzjoni ċivli u ambulanzi ssejħu fuq il-post u kellha ssir ħidma biex jinqata’ s-saqaf ta’ karozza Toyota Aygo, għaliex kien hemm ir-raġel maqbud ġewwa.
B’kollox kien hemm tliet karozzi maħbuta; l-Aygo, Ford u Toyota Vitz.
https://www.youtube.com/watch?v=yJ_vfjexDRw