Raġel ta’ 50 sena imwieled l-Awstralja u residenti l-Mosta kien għadu kif intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-vettura kienet qed tinstaq direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Team mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu minn tabib li kien għaddej mill-post fejn seħħ l-inċident.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Aron Bugeja li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.