Minn tal-inqas, sitta u tlettin persuna tilfu ħajjithom wara li kowċ baqgħet dieħla f’ħajt ta’ mina fiċ-Ċina.
Tlettax-il persuna oħra sfaw feruti kawża ta’ dan l-inċident li seħħ fil-provinċja ta’ Shaanxi.
Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.
L-aċċidenti tat-traffiku fatali huma komuni fiċ-Ċina bl-Organizazzjoni Dinjija Tas-saħħa tikkalkula li mitejn u ħamsin elf persuna nqatlu fit-toroq Ċiniżi fl-elfejn u tlettax.