Minn tal-inqas ħamsa u għoxrin persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’inċident li nvolva karozza tal-linja fin-Nepal.
Il-vettura kienet qed tinstaq fid-distrett ta’ Mugu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa, imma rapporti qegħdin jgħidu li l-vettura jaf kellha xi difetti fil-brejkijiet.
Inċidenti stradali fin-Nepal huma komuni u ħafna drabi jseħħu minħabba karozzi li ma jkunux fi stat tajjeb jew minħabba toroq fi stat diżastruż li hemm fil-pajjiż.