Illum ghall-ħabta tad-disgħa seħħ inċident stradali fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.
Xufier ta’ mutur tat-tip Triumph tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ xi crash barriers.
Ir-raġel li għandu 36 sena u residenti Ħal Balzan ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżda sfortunatament aktar tard huwa tilef ħajtu.